Alessandro Lia
My blogs
| Location | Kalkara, Malta |
|---|---|
| Introduction | Dwari? Ġuvni ta’ 24 sena, gradwat fil-kors tal-liġi mill-Università ta’ Malta, twil, ismar, u bla ebda fattizzi straordinarjament partikolari. Irrealizzajt kemm Malta hija midinba. Midinba mhux biss moralment, (għalkemm f’dak ir-rispett ir-rota ilha li qabdet in-niżla), mhux biss politikament, iżda saħansitra legalment. Ara kemm niftaħru bil-qaħbeċ Unjoni Ewropea… Unjoni dik u Unjoni l-oħra… L-Unjoni hija tajba l-aħwa. Alfred Sant kien tassew osserva li l-Ewropa fiha d-difetti, il-piżijiet u n-nuqqasijiet tagħha, però dan ma jfissirx li l-benefiċċji tagħha ma jirkbux l-iżvantaġġi. Int! Laburist! Ieqaf aħseb li dawn huma kummenti ħerġin minn fomm Nazzjonalist u kompli aqra. U int! Nazzjonalist! Ieqaf aħseb li din se tkun informazzjoni propogandista u partiġjana. Dan il-blog se jkun dwar kif Malta taħrab l-obbligazzjonijiet tagħha fil-Kommunità Ewropea: direttivi li m’implementajniex, rekommandazzjonijiet li ma segwejniex, obbligazzjonijiet li injorajna… Mhux ħa noqgħod nidħol fil-merti ta’ min hu responsabbli għal dan kollu. Xogħli se jkun li nqerr magħkom id-dnubiet nazzjonali li ili ninnota matul dawn l-aħħar xhur. |
