tag:blogger.com,1999:blog-25258061421001179442009-06-15T15:34:01.866+02:00Fuq tal-linjaĦwejjeġ li ġrawli, li smajt jew li rajt fuq tal-linja.dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.nameBlogger21125tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-27846975563442464782009-06-03T15:51:00.005+02:002009-06-03T16:04:25.133+02:00Grimaldi
Dalgħodu fuq is-675 lejn l-isptar…

Taljan b’martu tqila maġenbu, fuq il-mobile b’leħen għoli tant li seta’ jisimgħu ċar kulħadd — Stiamo andando al Mater Dei… mia moglie partorisce domani. Ora, il mio problema è questo: mio padre arriva domani su una nave da Civitavecchia, e non posso andare per lui. Ora, non so come si chiama la nave…

Niddeffes jien — Grimaldi.

Ħares lejja, daqsxejn stupit… Sicuro?

Sicuro.

U kompla fuq it-telefon… La nave si chiama Grimaldi…

Ħaħ :)

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name4tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-45915855237876617602008-12-13T16:56:00.004+01:002008-12-13T17:05:25.057+01:00Tough Guy
Jumejn ilu, bilqiegħda fil-41 Putirjal, nistenniha titlaq…

Tela’ raġel, li mad-daqqa t’għajn kien jidher Għarbi, u pjuttost tough… u poġġa xi ġiex bankijiet warajja.

Imma ftit sekondi wara daqqlu t-telefon… u wieġbu: Hello?… Haw’ Mummy… tixtrih int il-Boovril fil-każ?… Ok.

Ħi ħi ħi :)

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name4tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-21157333354279992452008-12-12T16:51:00.009+01:002008-12-13T01:08:37.976+01:00Trasportati nell’era dei Beatles
Tal-linja fi kliem Starlight, tfajla Taljana… :)

Trasportati nell’era dei Beatles

Il mezzo più comune per muoversi a Malta? I famosi bus dell’epoca dei Beatles (alcuni han anche più di 40anni! original english style! :)!), tutti cromati, con sedili allineati e con al loro interno il personale tocco dell’autista. Si perchè qui ogni driver ha il suo bus e c’è chi mette foto di famiglia, chi Santi e santini, chi addirittura personalizza i maniglioni delle porte... è come essere invitati ad entrare in casa...anche se l’atmosfera può essere non tanto rilassante... già la guida.

Se sbirciate su youtube ce ne sono di video. Mi ricordo di averne visto uno prima di partire di uno spagnolo che non faceva altro che dire Madre de D.....oh Madre.. per tutto il filmato..:))! In effetti non c’è da dargli torto visto che per la maggior parte del tempo guidano contromano, facendo sorpassi azzardati con le macchine che provengono in senso inverso ma che...sono incredibilmente tranquille che il bus tornerà in corsia se pur all’ultimo istante. Questa è Malta :))!!.. e prendendoli tutti i giorni o quasi alla fine non ci fai più caso, anzi diventa divertente :))...divertente anche osservare gli autisti che si dicono arrabbiati e via con i clacson, giocando l’un l’altro a fare il brutto muso, finendo per ridere poi...si chisti so’ proprio pazz :))!!!...vi prego, il bus prendetelo almeno una volta, ok???! (con queste premesse darete la pazza a me per avervelo consigliato :)))!!) però mi raccomando affrettatevi perchè i posti in piedi lungo il corridoio (stretto dove devono passare tutti per arrivare certe volte alla sola porta davanti) sono ..pericolosi :))))!!

Ah un altra cosa se lo prendete al capolinea e il bus è ancora mezzo vuoto (forse meglio farlo comunque anche se pieno), chiedete sempre all’autista che bus è prima di salirci....lo so c’è scritto..ma gli autisti hanno il brutto vizio di cambiare numero all’ultimo momento...!!..te l’ho detto che so pazzi!! :))!..

Velocità e un pò di pazzia, ma anche relax con musica. Si perchè l’autista si improvvisa anche dj.. :))!!.. Potete incontrare quello più calmo che preferisce la musica araba o se è sera e state andando a S.Julian (dove le discoteche sono gratis!) si può incontrare quello che coinvolto dall’atmosfera mette i bassi al massimo..!! :)))!!...

Quel mattino invece trovammo l’autista sintonizzato sulla radio (le hit-dell’estate europea), e l’atmosfera, di mattina presto, con giovani che come noi eran pronti per una magnifica giornata di mare, beh, era più da gita che da bus cittadino..mancava solo che si cantasse tutti vamos a la plaja oh ohoooo :))!!:...

Questo perchè per arrivare a Comino avevamo deciso di non prendere i vari “Capitan Morgan” enormi battelli che da Sliema partivano per l’isolotto di Comino, sempre pieni come sardine, costo di 30 euro (!) e soprattutto l’ultimo battello per il rientro era quello delle 17.00 !! Con tutto questo niente di personale ma... è troppo turistico :)))!

Noi invece avevamo optato per bus fino al capolinea del gozo ferry e da li barchetta/motoscafo capienza 20persone circa la “shuttle” (velocissima :DDD!!!..wow!) al costo di 10Euro con rientro alle 18.00 , vuoi mettere :))??!!....continua...

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name0tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-76192431711758022592008-12-06T21:12:00.013+01:002008-12-09T15:03:50.964+01:00Avventura “ħelwa”
Kenneth, qarrej ta’ dal-blogg, bagħatli dil-, fi kliemu, avventura ħelwa li ġratlu madwar 9 snin ilu…

Niftakar kien filgħodu kmieni u kesħa xxoqq il-għadam. Intasabt fuq l-istage (dak iż-żmien kienu għadhom tal-injam u ħadid, miżbugħin bi griż ikrah) u qgħadna nistennew qajla qajla in-numru 8 tiġborna. Fejn noqgħod jien, karozzi rari jgħaddu, u jekk jgħaddu tista’ tqis ruħek b’iffortunat. L-agħar meta tkun ilek xi nofs siegħa tistenna u tiġi xi waħda li rat l-ispitfires tat-Tieni Gwerra Dinjija iġġenġillek il-murliti tal-warrani.

Imma, insomma. Wara ftit ħin narawha ġejja mil-bogħod… karozza safra mimlija tberfil u fjuri. Ix-xufier deher pjuttost xwejjaħ għalkemm b’wiċċ ta’ despotiku aħrax. Xagħru ħafifa bajda qotna u par għajnejn ċari mberrqin, ħomor u jdemmgħu bħal ta’ chihuahua. Tlajna u bħal ringiela annimali jistennew il-qatla, bdejna nħallsu wieħed wieħed. Meta wasalt biex inħallas jien ilħaqt ħadtlu l-biljett u tfajtlu ċ-ċenteżmi fil-pala t’idu. Bejn bin-ngħas ta’ filgħodu u bejn bil-geġwiġija tan-nies, il-muniti ħarbulu minn idu u spiċċaw fl-abissi u fil-ħmieġ li kull xufier ikollu taħt is-seat. Ix-xufier (kif stajtu timmaġinaw) tani ħarsa t’għafrid u żarrat tnejn bil-madonna. Ġibt naqra kuraġġ u weġibtu lura, għidtlu: Ħeqq mhux int waqqajthom u ġaladarba kelli l-biljett diġà f’idi qbadt u bdejt miexi ’il ġewwa f’tal-linja biex insib post bilqiegħda.

Probabbli x-xufier ma kienx la mdorri u lanqas kien qed jistenna reazzjoni hekk u bħal spiċċa bla kliem. Jien u sejjer lura f’posti nisimgħu jgħajjat: Le, mhux jien kont! Int waqqajthom!!. Ma tajtx każu u komplejt insib posti. Bir-ragħwa ħierġa minn ħalqu kompla jgħajjat: Fhimtni int? Int waqqajthom…. U meta ra li qisni komplejt ma tajtx każu kompla fetaħ ħanxra daqsiex biex ikun hu li joħroġ ta’ hero quddiem karozza nies li issa qishom bdew jinteressaw ruħhom f’dak li kien qed jiġri: Ara x’qed ngħidlek, m’iniex se nsuq min hawn qabel tiġi u tiġborhomli!!

Dak il-ħin kont diġà poġġejt bilqiegħda lejn in-naħat ta’ wara tal-karozza u bdejt ninħakem minn ċerta paniku. Kien hemm kulħadd qed jistenna x’ħa jiġri u qisu ħadd mil-passiġġieri ma ried li nibqgħu nistennew hemmhekk għal xi kwarta ħabba s-suppervja tagħna. Għamilt daqs nofs minuta ntella’ u nniżżel x’ħa nagħmel, sakemm kompla jiżvoga u jinbaħ fuq kemm iż-żgħażagħ tal-lum m’għadx baqgħalhom rispetti u kien għoddu tefa’ l-karozza, xi ħaġa li persważ li ħadd mil-passiġġieri ma xtaq għax kienet tfisser it-tmiem tat-traġġit. Wara dik in-nofs minuta, b’ċerta dispjaċir, aċċettajt is-salib tiegħi u qomt minn fuq posti infittxlu dawn il-minuti. B’xorti tajba kienu x’imkien lejn il-magna goffa tal-karozza u ma kelliex ngħaffeġ f’dak iż-żejt jgħakkar li kellu taħt is-seat.

Xħitthom f’idejh, gerger xi tnejn oħra u jien u sejjer lura f’posti b’denbi bejn saqajja ġbidtlu tnejn bl-organu ġenitali t’ommu minn taħt l-ilsien. Kważi kważi xtaqtu jismagħni, imma ma semagħnix (b’xorti tajba). Rabbejt nervi ta’ bagħal tul il-vjaġġ u xtaqt inpattihielu b’xi mod imma ma stajt naħseb fl-ebda pjan djaboliku f’dak il-ħin bikri tal-ġurnata.

Inżilt minn tal-linja, dgħitlu xi tnejn oħra (f’qalbi) u għamilt xi nofstanhar bil-geddum.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name1tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-28375545301176140282008-11-24T15:12:00.013+01:002009-06-15T15:34:01.874+02:00Mara eleganti
Dalgħodu fuq l-istage iltqajt ma’ mara xiħa, edukata, twila, sabiħa u eleganti.

Peress li t-tnejn l’aħna konna qed nistennew ’is-675, qbadna nitkellmu fuq hekk, u imbagħad komplejna fuq ħwejjeġ oħra. U l-karozza bdiet tittardja, u hi qisha bdiet titħasseb tilfithiex, u tal-linja bdew jgħaddu qishom pedini tat-tombla sofor u oranġjo… 63, 62, 64, private tal-iskola, 645 (għal naqra!), 67… sa ma fl-aħħar waslet is-675 u rbaħna u li kieku tafu kemm ferħet!

F’tal-linja poġġejna kważi fejn xuxlin, imma ma kellniex l-opportunità nitħaddtu wisq aktar…

Però qabel ma kien imissni ninżel, sellimtilha, u bistha fuq ħaddha. U jien u nbusha, b’tbissima fuq fommha liema bħala, bieset lili fuq ħaddi hi.

Xi pjaċir!

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name4tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-84804775902192191382008-11-20T00:38:00.019+01:002008-12-06T21:43:13.228+01:00Fuq is-Super Rocky
Dil-istorja bagħtithieli Stephanie, qarrejja ta’ dal-blogg…

M’ilux kont fuq l-810, id-diretta mill-Università li tgħaddi minn Birkirkara, tibqa’ sejra Ħ’Attard, Ħad Dingli, u l-bqija. Bħas-soltu, kienet mimlija sa ruħ ommha bi studenti li kellhom seba’ mitt sena biex jaslu d-dar u jfittxu jneħħu minn fuqhom it-toqol psikologiku ta’ ġurnata mimlija lectures. Biex tgħaxxaq ’l Alla, hekk kif tal-linja waqfet fuq l-istage tal-Junior College, telgħu qattgħa ġuvintur u tfajliet oħra ferħanin. Intliet tal-linja u x-xufier tas-Super Rocky (hekk kienet imlaqqma din il-karozza, dejjem skond il-bandiera li kien hemm imwaħħla mad-dashboard) għalaq għajn waħda u tella’ xi ftit tan-nies iktar milli sippost. Jien kont sibt post bilqegħda quddiem nett, allura kelli nisma’ t-tgemgim kollu tax-xufier, irrid jew ma rridx. Kelli nitpikka wkoll bil-‘pep talk’ ta’ tfajla ma’ wieħed li kilitu b’għajnejha, fi kliem iehor kienet mejta biex toħrog miegħu, allura bdiet tagħmel il-mossi kollha neċessarji (mingħaliha !) biex tisseduċih. Peress li tal-linja kienet full up u ’qas kien hemm fejn taqa’ labra, din ħadet l-opportunità u trasset miegħu, u ma’ kull skoss li jieħu x-xufier, bdiet tersaq iktar qrib tiegħu (b’sormha stampat ma’ wiċċi… x’ferħ!).

Mela meta tal-linja b’mod mirakoluż irnexxielha tasal fejn St. Luke’s (tajjeb li ngħid li kienet waħda mill-karozzi antiki bil-magna għandha madwar seklu fuqha, u bis-saqaf jirtogħod qisu xi ħadd meta jibda jħoss ħafna bard), kien hemm waħda u għamlet is-sinjal biex tieqaf il-karozza u ttellagħha. Dehret mgħaġġla, għax bdiet ittaptap saqajha mal-bank fuq l-istage, u kellha nervi fuqha li ma ngħidlekx. X’ħin id-driver qalilha FULL UP, araha tinfexx fi kredu ta’ dagħa faħxi, u ma ntihiex tort miskina, għax mid-dehra kienet ilha xi nofs siegħa tistenna. Forsi kellha xi interview importanti, jew xi appuntament għal xi check up, minjaf! Imma nsomma, ix-xufier ma ried itellagħha b’xejn. X’ħin qabżitlu bl-ikrah, waqqaf il-karozza, qam minn fuq is-seat tiegħu bl-iktar mod mgħaggel li seta’ (skond l-age radar tiegħi, naħseb kien qabiżhom il-ħamsa u ħamsin… forsi anka s-sittin, imma ejja ma nelaborawx fuq dik l-ispekulazzjoni), u qalilha Sinjorina, tgħid m’inix se ntellgħak fuq il-karozza ?! biss biss ’ġà għandi għoxrin bilwieqfa!!! issa ħallini bi kwieti ha nkompli l-vjaġġ! U neħħi n-nervi li għandek ta! Ta’ bniedma sensittiva li jien, bdejt nitħassarha, u bdejt naħseb fuq kemm dax-xufier kien bla ruħ.

Hekk kif is-Super Rocky reġgħet qabdet timxi bl-ispeed massimu tagħha (ekwivalenti għal bniedem miexi b’pass normali), iddeċidejt li ma nismax iktar qrid ħiereg minn ħalq dik it-tfajla li semmejt qabel, u minflok, dawwart wiċċi lejn it-tieqa, forsi niehu bokka arja mniġġsa (kollox aħjar mill-għeluq u riħa t’għaraq li kien hemm jaqq). Jiena u ndur, għajnejja ltaqgħu ma’ sign li tkun fuq kull karozza tal-linja, imma s-soltu qatt ma ninnutaha u noqgħod naqraha u nifliha. Din is-sign kienet tgħid 36 passengers, 12 standing. Bejni u bejn ruħi għedt, imma d-driver ma qalx li tella’ għoxrin bilwieqfa? (għaddejthom u 20 kien hemm) kif ma għamilx eċċezzjoni għal din ukoll? mhux diġà kien qed jikser ir-regoli? Ngħiduha kif inhi, m’azzardajtx niftaħ ħalqi, għax naħseb kont naqla’ priedka mżejna bid-dagħa mingħand ix-xufier. Allura ddeċidejt li nibqa’ siekta, u x’ħin wasalt fl-istage fejn ridt nieqaf, daqqejt il-qanpiena, u bla ma lissint kelma, nżilt u erħejtilha lejn id-dar.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name3tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-42614389819341032062008-11-12T10:59:00.010+01:002008-11-12T15:22:46.618+01:00Ħela ta’ ħin
Dalgħodu fuq tal-linja…

X’tajtu:

X’kellu jtini:

X’tani:

X’intbaħt li ma tanix wara li qgħadt ngħoddhom:

X’tani bis-suppervja wara li tlabthomlu:

X’tajtu lura għax ma rridx aktar daqs kemm ma rridx inqas:

Issa fhimt għalfejn idumu tal-linja?

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name6tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-29497366814244791852008-05-23T21:52:00.024+02:002009-02-21T16:31:24.819+01:00Taħdit
Ftit xhur ilu tlajt fuq tal-linja filgħodu, u f’kemm ili ngħidlek ħallast u poġġejt quddiem.

Ftit sekondi wara, nisma’ ’x-xiħ li kien bil-qegħda ħdejja n-naħa l-oħra minn taħt ilsienu jgħid lix-xufier quddiemu: Dan ħallas dan? Għedtlu Int għalija qed tgħid? u gemgem Le, le….

Mmm.

Xgħelt ’l-iPod Shuffle ġo widnejja — [Play] — imma wara ftit reġa’ x-xiħ: Dak x’inhu? — [Pause] — Eh? Dak x’inhu, redju? Fffff. — [Off] — Weġibtu Bħal radju, imma tqegħdlu l-mużika li trid. Imbagħad iggustajtu, u qbadt qlajtu minn ġo widnejja, kebbibt il-fiel u tfajtu ġol-but, għax kont naf li għat-tlablib kienet ġejja!

Marija, kemm hu żgħir!

Dak tqabbdu mal-kompjuter u tista’ tqegħdlu xi tlett mitt diska!

Il-Marija!

Imbagħad bħal speċi xtaq jurini li hu wkoll midħla tat-teknoloġija, u beda jgħidli fuq il-flat screen li kien għadu kif xtara għal 800 ewro, u għedtlu Miċ-ċatti? Isa ħej.

Qalli Hawn: dak ma tridx tmissu b’subgħajk eh! Għax timmarkah.

Imbagħad kompla Allura dak veru li ma jagħmillekx ħsara ’l għajnejk? Kif dan?
Għedtlu Għax dak m’għandux tubu bħal tat-television, allura ma jitfax raġġi, u huma r-raġġi li jagħmlu l-ħsara. Biżżejjed hekk, le?
Eeeeeh sewwa.

Marija, għandi n-Net u s-Super 1 qed naqbadhom grainy.

Għedtlu Insomma, m’int titlef xejn ta!

Daħaqha. Qalli Hawn, jien qatt ma ħadt xejn minnhom ta! La m’għand il-blu, u lanqas m’għand il-ħomor! Imma l-cable la qed inħallas għalih (u qalli kemm), irridu sew! Eqq, hekk hu.

Imbagħad f’ċertu ħin f’daqqa qalli: Hawn, rechargable tixtrix ta! Tixtri xejn rechargeable. Mhux tajbin.

Għalfejn?

Għax qed ngħidlek, jien ikbar minnek, u naf. Rechargeable tużax. Mhux tajbin. Naf x’jien ngħidlek. Jien kont niffittja l-pajpijiet L-Ingriterra…  F’xogħlu kien juża l-Black and Decker biex jinvita, u insomma… tani xi raġuni għalfejn ir-rechargeable kienu ħżiena. U minn hemm reħielha jirrankontali l-istorja ta’ ħajtu, kif mar jaħdem barra, u ħwejjeġ minn dawn. Qalli wkoll li kellu 75 sena u kien sejjer il-Materdei għal xi ħaġa f’qalbu, u li da’qt kien se jagħmel xi operazzjoni, u għedtlu Good luck.

F’ċertu ħin minn wara ġie ġuvni barrani biex jinżel, u x-xiħ qabdu minn dirgħajh bħal biex iżommu, u qallu kemxejn bil-goff Wait! U dal-ġuvni għoddu dejjqitu dil-kunfidenza, u qallu mdarras Why, I was going to jump down? Issa li kont tħabbibt max-xiħ, rajtu stupidu ’l dal-ġuvni… sakemm irrealizzajt li ftit minuti qabel lili l-istess reazzjoni kien qanqalli!

Wasalt biex ninżel. Qalli God bless, u għedtlu God bless lilek!

Interessanti t-taħlita ta’ passiġġieri tas-675. Tfajliet Russi sejrin l-Università u xjuħ sejrin il-Materdei. U x-xufier, u jien.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name2tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-48200692162917575962008-04-10T21:08:00.005+02:002008-05-12T18:19:31.083+02:00Kollaborazzjoni akkademika
Darba, jien u nistenna biex ninżel minn fuq tal-linja, bil-wieqfa ikkrepat, b’wiċċi mkaħħal mas-saqaf tal-faux-injam intbaħt li miegħu xi ħadd kien ħalla mħażża… bit-Tipp-Ex… espressjoni matematika!… … jew għall-inqas, ħa, il-bidu ta’ waħda, għax għal xi raġuni (li niddubita qattx se nsiru nafuha) kien imbagħad telaqha nofs leħja.

Għalhekk, f’ġieħ l-inizjattiva tassew nobbli li kien intraprenda dal-matematiku anonimu fl-interess edukattiv tal-Ġens, ħadtha miegħi id-dar, u lestejtha.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name7tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-35091156661303185332008-04-03T23:58:00.042+02:002008-04-11T21:31:31.095+02:00Malta Bus Brum Brum
Dal-video wisq tajjeb!…

<object width="425" height="355" data="http://www.youtube.com/v/yud9D-tCvdM&rel=0&color2=0xffbb1a&color1=0xffbb1a&hl=en" type="application/x-shockwave-flash" standby="Żomm waħda ħa jitla’…"> <param name="movie" value="http://www.youtube.com/v/yud9D-tCvdM&rel=0&color2=0xffbb1a&color1=0xffbb1a&hl=en"/> <param name="wmode" value="transparent"/>    </object>

You where you going?

Kbir.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name2tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-51949666341052396042008-03-31T17:16:00.016+02:002008-04-02T12:38:17.330+02:00Brand Malta
Dalgħodu ridt naqbad is-65 mir-Rabat għal Tas-Sliema. X’ħin wasalt fuq is-Saqqajja, fejn il-Casino Notabile (madwar 50 metru mit-terminus) rajt karozza tielqa, u ġieni suspett li setgħet kienet hi.

Peress li ma xtaqtx nistenna nofs siegħa oħra għal li jmiss, nżilt niġri malajr minn mal-Casino biex jekk forsi tkun hi, niċċansja nwaqqafha nofs triq fin-niżla… u kienet hi, issinjalajt lix-xufier, waqqafli u rkibt. Famuż!

Irringrazzjajtu, ħallast u poġġejt. U ħsibt… Li kont Stuttgart, kont inżabbab mhux nitla’!

Dan hu s-servizz Malti per eċċellenza, u min irid biss imaqdar ’l-ikrah bla ma japprezza ’s-sabiħ… jista’ jmur jaqbad it-tramm fis-sebgħa u nofs u seba’ minuti w seba’ w sebgħin sekonda bumm mill-Hauptbahnhof!

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name2tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-83580722645459555042008-03-29T19:51:00.014+01:002008-04-04T14:40:48.613+02:00Fuq il-karozza tal-linja
Jiena u nqalleb fl-Internet sibt dal-komponiment miktub minn tifla għall-eżami tal-Junior Lyceum. Nispera li daħlet!

Fuq il-karozza tal-linja

Jiena mhux l-ewwel darba li rkibt fuq karozza tal-linja. Il-karozza tal-linja fiha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha, iżda tajjeb jew ħażin dejjem tinqeda biha.

Bħala prezz m’għandix x’ingerger għax mhux għali, iżda xi xufiera jżommu iktar milli suppost għax ċerti tfal ikunu naqra itwal mill-oħrajn u jaħsbuhom ta’ età ikbar. Ngħid għalija ninqeda tajjeb ħafna, u naħseb li ħafna nies jaħsbuha bħali għax min ma jkunx isuq jista’ jmur fejn irid permezz tal-karozza tal-linja.

Dan huwa mezz ta’ trasport tajjeb ħafna u li jista’ jużah kulħadd; tfal, żgħażagħ, xjuħ, min jaf isuq, min ma jafx, insomma kulħadd. Hawn xi karozzi li jiġu kull ħames minuti, oħrajn kull nofs siegħa, mhux kollha l-istess ħin. Biex tkun taf il-ħinijiet jaqbillek tagħti titwila lejn it-tabelli li jkun hemm fl-istages fejn tistenna.

L-agħar ħin biex tirkeb huwa filgħodu. Tgħidx kemm iddum tistenna biex tirkeb waħda, għax jew toqgħod tistenna jew tirkeb waħda mimlija u toqgħod bil-wieqfa.

Li toqgħod bil-wieqfa jista’ jkun skomdu imma jista’ jaqbillek. Qed ngħid dan minħabba li ġieli s-seats ikunu mqattgħin u tħoss il-molol taħtek. Imma l-karozza tal-linja ddejjaqni l-aktar meta tkun maħmuġa u meta x-xufier ikun supperv u tarah jgħajjat ma’ kulħadd. Imma ġieli jkun dħuli u ta’ qalbu f’idu.

Kollox ma’ kollox nasal li ngħid li l-karozza tal-linja togħġobni ħafna. Ngħid ukoll li meta ommi tgħidli li sejrin bil-karozza tal-linja nkun ferħana se ntir u nistenna l-ġurnata tal-ħruġ b’ħerqa kbira.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name8tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-49782668158362810212008-03-07T18:48:00.039+01:002008-03-31T19:38:41.933+02:00Tensjoni
Xi sena w nofs ilu, kont il-Belt f’xi l-għaxra ta’ fl-għaxija nistenna ’l-aħħar karozza għal San Pawl il-Baħar. Imma l-karozza li konna se nirkbu fiha kienet għadha trid tasal… u ġmielha bdiet tittardja. Innutajt li kien għaddej xi diskors bejn ix-xufiera u d-dispatchers, u mort nistħarreġ. Saqsejt lil dispatcher fiex ħin kienet se tasal, u jekk kenitx se tasal… u dan weġibni: Jien naf?

Insomma, milli kien jidher ix-xufier li kellu jagħmel il-vjaġġ għal San Pawl iddeċieda li ma kienx se jagħmlu, u kien se jibilgħu xufier ieħor li kien għad kellu jasal bil-karozza minn vjaġġ ieħor. U dan fl-aħħar wasal, mingħalih li għal dak inhar kien lest. U x’ħin għarrfuh li ma kien lest xejn, u li bħall-kornut kellu jerġa jitla’ San Pawl il-Baħar u jerġa’ lura, u illi x-xufier l-ieħor, bażikament, kien reddagħhulu, dan inkorla waħda u sew. Insomma… wara ħafna pprotestar eretiku, irriżulta li dal-vjaġġ kien se jkollu jagħmlu hu… u beda jgħabbina.

Issa jien kont inzertajt ma kellix flus żagħar għajr 1c u 2c-ijat, u jien u nistenna, minn dawn kont għaqqadt 20c f’mazz ċilindriku pulit, bit-twos taħt u l-ones fuqhom, biex lix-xufier ma ntihomlux ponn żagħar f’idejh u jibgħatni nixxejjer. U issa, bil-wieqfa fuq l-istaffa nistenna ’l ta’ quddiemi jaqta’ l-biljett, stajt nara li x-xufier kien indannat sew. Mess lili, qatagħli u tani l-biljett, u b’denbi taħti mort biex inħallsu… Sorry, imma dawn biss għandi żagħar…, u jien u nqiegħdlu l-mazz żagħar ġo idu, biex mingħalija ntaffiha ftit aktar żidt Għandek eżatt ta’!…

U dan ħares inkreduli lejn il-fidda li qiegħdtlu f’idu, imbagħad ħares lejja b’disprezz, u imbagħad indimunjat bla kliem u bla sliem garahom mit-tieqa b’kemm kellu saħħa u ssabbtu mal-bankina u tferrxu mat-triq. Jien issummajt ruħi u lebbitt ’il-ġewwa… u ħadd ma ssogra jiftaħ ħalqu.

Ħeħħ, biex iżżid, f’ċertu ħin, qisu lejn nofs il-vjaġġ, fuq in-naħa ta’ wara tal-karozza fettillu waqa’ dahar ta’ bank, waħdu, x’aktarx bl-iskossi. U terġa’ fl-iskiet tat-tensjoni li kien għad hemm mill-episodju ta’ qabel, il-ħoss li dan għamel x’ħin ħabat ma’ l-art iktar instema’ qawwi. Ta’ quddiem bdew iħarsu lura lejn dawk li kienu bil-qiegħda wara, fosthom jien, imma ħadd minna ma lissen kelma, u wisq inqas ma azzarda jiġbru, li ma jmurx jeħel hu.

Sa’ San Pawl il-Baħar, skiet perfett.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name0tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-8591115336437986392007-11-20T01:19:00.006+01:002008-03-31T19:40:50.003+02:00Bla paċenzja
Darba f’ħalba xita kont fuq 41 wieqfa quddiem l-Avis l-iMsida, maqbuda ġo ilmijiet għoljin sa’ l-istaffa.

F’ħin minnhom, ix-xufier iddeċieda li kellu bżonn jirreversja, u għalhekk qal lill-mera Imur xi ħadd jarali…. Jien weġibt Ok, ħa naralek u qomt minn posti biex immur naralu mit-tieqa ta’ wara…

Iżda waqt li kont għadni nofs triq, dan qabad u rreversja u daħal fil-karozza ta’ warajh u faqgħalha quddiem kollu!

Eqq…

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name2tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-14163017401801642342007-11-19T17:40:00.006+01:002008-03-31T19:43:37.399+02:00Speed
Dar-rakkont bagħtuli sieħbi Thomas bl-email…

Lili u lid-D ġratilna waħda funny u ftit tal-biża’ darba meta konna sejrin Paceville fuq is-62. Bażikament taf kif qabel ma’ l-karozza ddur għal ġot-terminus hemm stop fuq ix-xellug? Ħafna drabi anke jekk xi ħadd kien ikun ċempel, id-drivers ma kenux jieqfu hemmhekk imma jibqgħu sejrin u jieqfu t-terminus. Insomma, ġara li xi ħadd ċempel u d-driver baqa’ sejjer. Nimmaġina li jekk ma tkunx taf li se jdur lura għat-terminus tippanikkja xi ftit u terġa’ ċċempel. Dan min kien hekk għamel.

Issa tal-linja kienet mimlija choc-a-bloc u kien hemm tnejn barranin bil-wieqfa ntefgħu ikunu funny u x’ħin semgħu ’il-qampiena ċċempel darbtejn intefgħu iċemplu non-stop. Hekk kif id-driver saq għal ġot-terminus qabżitlu ċ-ċinga u qabad, qam bil-karozza ghadha in motion u mar ifittex min kien qed jitnejjek. In-nisa kollha werżqu Madonna! waqt li d-driver sab ’il-funny guys u fajrilhom daqqa ta’ ħarta ta’ Kristu (Int? Int kont? PAĦ!)… sadattant waħda mara kienet intefgħet wara l-isteering f’xena li fakkritni fil-film Speed, u ħadd ma weġġa’ (ħlief il-funny guys).

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name4tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-2544229803544789712007-11-17T17:42:00.009+01:002008-04-02T19:08:52.933+02:00Fulapp!
Ok, din ma ġratx lili. Xi snin ilu, ħabib tiegħi qalli li ġrat lil ħabib tiegħu, għalhekk ejja ngħidu li hi leġġenda urbana…

Mela darba, hekk kif ix-xufier startja l-karozza tal-linja biex jibda l-vjaġġ minn ġo Putirjal u se jibda miexi, ġie raġel bil-ġirja biex ilaħħaq mal-karozza, u rnexxielu jirkeb. Iżda bilkemm kien għadu tela’ fuq l-istaffa, għax ix-xufier laqgħu b’leħen oħxon u assertiv: Fulapp.

Qabel ma nkomplu, wieħed irid jifhem illi karozza qatt ma toħroġ minn ġo Putirjal mgħobbija bin-nies bil-wieqfa. Dan isir ħalli jifdal l-ispazju għal min ikun qed jistenna fuq l-istages tal-Furjana u tal-Bombi. U f’dil-karozza partikolari, is-seats kienu kollha meħudin. Allegatament, il-biċċa kompliet hekk…

Ir-raġel wieġbu U ejja… mgħaġġel…

Ix-xufier tenna Fulapp!

Iżda milli jidher, dar-raġel, il-karozzi li jkunu veru full up kien jaf sew kif ikunu, għalhekk konvint li x-xufier kien qed jitnejjek bih, rabba daqsxejn ta’ l-arja w sfidah: M’hix full up!

Imma dat-ton xejn ma niżel tajjeb max-xufier, li or’mai kienet bdiet taqbiżlu sew. B’leħen għoli, se jisplodi l-aħħar, wissih Għedtlek fulapp!!

U ej…U fl-aħħar lix-xufier qabżitlu l-Ostja, u b’leħen ifarrak il-blat għajjat: INT TIFHEM BIL-MALTI?? FU,   LAPP!!!!

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name1tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-32195499662616565252007-11-15T14:56:00.031+01:002008-04-04T19:24:23.959+02:00Lis-signs ma jagħtux każhom
In-nies bil-wieqfa fuq l-istages li minnhom jgħaddu l-karozzi fid-direzzjoni għall-Belt, ġeneralment tassumi li kull karozza li tgħaddi tkun fil-fatt sejra l-Belt. Ftit huma dawk li jafu li hemm bosta rotot ġodda b’numri eżotiċi bħal 627, 645, 652, 667 jew 675 li jiksru ’l dir-regola.

Għalhekk, għalkemm is-667 tmur l-Università, ix-xufier xorta waħda jiġi ssinjalat biex iwaqqaf min-nies wieqfa fuq l-istages, stage wara l-ieħor. Kull darba li jwaqqaf, qabel ma jitilgħu javżahom: Din m’hix għall-Belt… għall-u’versità. Normalment il-passiġġier iwieġeb lura b’xi Oooo… ta’ diżappunt, u x-xufier isuq ’l hemm u jidgħi xi tnejn b’wiċċ il-Madonna.

Darba, wara avveniment minn dawn, lix-xufier għedtlu Għax ma twaħħalx karta kbira li tkun tidher minn barra u li tgħid: DIN GĦALL-UNIVERSITÀ, MHUX GĦALL-BELT? Fil-pront weġibni Għax lis-signs ma jagħtux każhom….

Għedtlu Kif ma jagħtux każhom? Jekk tkun trid tmur il-Belt, u s-sign tgħidlek li m’hix għall-Belt, ma tagħtix każha?

Qalli Ħa ngħidlek sieħbi, għax int ’qq Alla ma tafx… darba waħħalt NO FOOD NO DRINK u xorta baqgħu jieklu w jixorbu… ma tawx każ dik se jagħtu każ din?

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name5tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-81656630354554589842007-11-15T03:46:00.007+01:002008-12-06T22:20:37.072+01:00Tipjip Universitarju
Darba kont fuq is-667 sejjer l-Università, u kull ma konna jien u x-xufier. Għaddejjin mix-xatt ta’ Tas-Sliema qed noqorbu lejn il-Gżira, ix-xufier dar lejja u qalli: Issa nwaqqaf u inżel waħda ixtrili pakkett Royals…?

Għedtlu Ok… imma għalfejn ma tixtrihx x’ħin naslu l-Università?

U għal dan weġibni mnixxef: Eee… mela l-u’versità jpejjpu!?

Għedtlu Kif ma jpejjpux?

Qalli Eqq… jien ħsibt li peress li l-u’versità professuri w x’naf jien, allura ma jallowdjawhx it-tipjip!.

Ħeħe! Il-Gżira tani l-flus, waqqaf it-trakk f’nofs ta’ triq, nżilt nixtrilu r-Royals mill-gabbana, u erġajt tlajt.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name0tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-76699396019409915372007-11-13T23:33:00.006+01:002009-01-27T23:19:58.862+01:00Nadif tazza
Darba kont ġej mir-Rabat bis-65, u x’ħin wasalna Tas-Sliema kien għad fadal biss ix-xufier obeż, jien u tfajla mġissma. It-tfajla daqqet il-qampiena, u x-xufier waqqaf fuq l-istage Bisazza Street. Hi u nieżla l-istaffa tarġa tarġa, ix-xufier kiel u laqqat minn sormha dak li kont ħallejt jien.

Imbagħad x’ħin kienet niżlet dar lejja u qalli b’sillabi twal: Kif nerdagħhulha… nillostrahulha!… u imbagħad b’ċaqliqa t’idu bħal kif ileqq id-dawl meta jirrefletti minn fuq xi ħaġa li tkun nadifa tazza, qalli Heeekk inġibulha!

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name2tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-73850351725142462252007-11-13T22:27:00.008+01:002008-04-04T19:21:32.293+02:00Att Nisrani
Illum tlajt fis-63 wieqfa f’Putirjal il-Belt sabiex niġi d-dar. Ix-xufier ma kienx hemm, imma kien hemm in-nies bil-qiegħda. Imbagħad wasal, qagħad f’postu, u wieħed wieħed kulħadd beda jmur għandu jaqta’ l-biljett u jerġa’ lura lejn postu.

Jien u sejjer naqta’ tiegħi, rajt soru bil-qiegħda, u biex nagħmilha tal-ġentlom u niffrankahielha, ħadtilha l-flus minn idha u għedtilha li se nġibulha jien il-biljett. Eqq, la kont sejjer naqta’ tiegħi, ħsibt might as well!. Tlabtha l-Kartanzjan ħalli jekk għal li jista’ jkun ix-xufier joqgħod ġej bil-liba, ma noqgħodx ġej u sejjer, u din newwlithieli. Qtajt il-biljetti tiegħi u tagħha, u mort lura w tajtulha.

X’ħin tajtulha, irringrazzjatni w b’tbissima nisranija qaltli Ndunajt hu’x li jien marida, li ma nistax nimxi?. Il-mod kif qaltli dal-kliem, stħajjiltha li kienet qed tħoss li Alla qed ipattilha tal-ġid li għamlet, li jien kont xi mibgħut minn Alla bid-dija ħierġa minni u li wara dal-kliem kont se nisparixxi. Imma jien weġibtha Le! (u ġo qalbi ħsibt Le, xiż-żobb!?) u mort lura lejn posti.

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name0tag:blogger.com,1999:blog-2525806142100117944.post-86139114229090494062007-11-13T22:26:00.013+01:002009-01-21T00:35:42.634+01:00Cheap… like us
Dalgħodu wasalt minn vjaġġ qsajjar f’Barcelona. Ħriġt mill-ajruport, u mort fuq l-istage nistenna ’l-8 għall-Belt. Bdew jinġemgħu Maltin u turisti, u wara ftit tal-ħin waslet.

Mela Portugiż li kien quddiemi mal-mara kien imiss lilu biex jaqta’ l-biljett. Peress li kien għadu jasal, ma kellux ideja kemm jiswa l-biljett, u kollu fixla lix-xufier ippreżentalu xi għoxrin lira karti u xi ftit muniti…

Imma x-xufier qallu No, no, no!… u ħadlu biss 40c miż-żagħar… here in Malta, bus is cheap… like us!

Ħaħħa! Like us!? Xiż-żobb??

dwarduhttp://www.blogger.com/profile/18164960695251460113edward@grech.name5